Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 PAJJIŻI U POPLI

Żjara fil-Brażil

Żjara fil-Brażil

L-ikla delizzjuża feijoada hi ikla Brażiljana tradizzjonali

Tukan

FIL-BRAŻIL oriġinarjament kienu joqogħdu nies li kienu jgħixu b’dak li kienu jiksbu mill-kaċċa u bil-ħxejjex li kienu jsibu. L-esploraturi Portugiżi ġabu magħhom ir-reliġjon Kattolika Rumana, u għalhekk inbnew ħafna knejjes u kappelli—uħud minnhom imżejnin bi skultura elaborata tal-injam indurata bid-deheb.

Minn nofs is-seklu 16 sa nofs is-seklu 19, vapuri li jġorru l-iskjavi ġarrew xi erbaʼ miljun Afrikan lejn il-Brażil biex jaħdmu fl-għelieqi. Dawn ġabu magħhom ir-riti tagħhom, li żviluppaw f’reliġjonijiet Afro-Brażiljani bħalma huma l-macumba u s-setta candomblé. L-influwenza Afrikana hi evidenti wkoll fil-mużika, iż-żfin, u l-ikel Brażiljan.

Il-feijoada tradizzjonali, verżjoni taʼ ikla Portugiża, hi stuffat magħmul minn taħlita taʼ laħmijiet u fażola sewda, servuti bir-ross u l-weraq tal-kaboċċa. Fis-sekli 19 u 20, miljuni taʼ emigranti mill-Ewropa (l-iktar mill-Ġermanja, l-Italja, il-Polonja, u Spanja), mill-Ġappun, u minn pajjiżi oħra ngħaqdu mal-popolazzjoni.

 Illum, hemm xi 750,000 Xhud taʼ Ġeħova f’iktar minn 11,000 kongregazzjoni mxerrdin mal-Brażil. Huma jikkonduċu iktar minn 800,000 studju tal-Bibbja. Sabiex jipprovdu postijiet għall-qima, 31 tim taʼ kostruzzjoni li jmorru minn post għall-ieħor jaħdmu max-Xhieda lokali biex jibnu u jsewwu minn 250 sa 300 Sala tas-Saltna kull sena. Minn Marzu tal-2000 ’l hawn tlestew 3,647 minn dawn il-proġetti.

KONT TAF?

Mix-Xmara Amazon jgħaddi iktar ilma minn kwalunkwe xmara oħra u hi twila iktar minn 6,275 kilometru

L-ikbar foresta tropikali fid-dinja tinsab fl-inħawi kollha tax-Xmara Amazon