Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Ħarsa Lejn id-Dinja

Ħarsa Lejn id-Dinja

L-Istati Uniti tal-Amerika

Fi studju wieħed instab li kważi terz tan-nies li kienu qed jaqsmu toroq traffikużi ma kinux moħħhom hemm—minħabba li jisimgħu l-mużika, jitkellmu fuq il-mowbajl, u affarijiet oħra. L-iktar distrazzjoni perikoluża kienet li jibagħtu l-messaġġi. Dawk li jibagħtu l-messaġġi damu 18 fil-mija iktar biex jaqsmu minn dawk li ma kinux aljenati. Aktarx kellhom ukoll probabbiltà taʼ kważi erbaʼ darbiet iktar li jew ma jobdux is-sinjali tat-traffiku, jew li jaqsmu f’post mhux xieraq, jew li jaqsmu mingħajr ma jħarsu lejn iż-żewġ naħat.

In-Niġerja

F’ritwali li jsiru fi mqades tas-seħer, nisa li jittieħdu min-Niġerja lejn l-Ewropa minn traffikanti tal-bnedmin jiġu mġegħlin jaħilfu li jżommu kollox sigriet. Sabiex jiddominaw lin-nisa u jkunu ċerti li dawn jobdu bħala skjavi tas-sess, it-traffikanti jieħdu vantaġġ mit-twerwir li n-nisa jkollhom minħabba xi kastig mid-dinja tal-ispirti.

Spanja

Bejn 5 u 10 fil-mija taʼ dawk li ilhom qiegħda ma jgħidux li għandhom lawrja tal-università u ma jsemmux l-esperjenza professjonali tagħhom fl-applikazzjoni għax-xogħol peress li dawn jagħmlu lill-applikanti jidhru kkwalifikati żżejjed.

Id-Dinja

Duħħan li jiġi minn stufi primittivi li m’għandhomx ventilazzjoni tajba hu kkunsidrat li hu l-ikbar kaġun tal-imwiet f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, fejn erbaʼ miljun ruħ fis-sena jmutu kaġun taʼ mard relatat man-nifs. Ir-riċerkaturi jgħidu li l-kimiki tossiċi li joħorġu minn stufi li jaħarqu l-injam jew il-faħam huma qattiela daqs il-veleni misjubin fid-duħħan tas-sigaretti.