Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Ħarsa Lejn id-Dinja

Ħarsa Lejn id-Dinja

L-Italja

Fl-2011, fl-Italja, inbiegħu iktar roti milli nbiegħu karozzi. Fost ir-raġunijiet possibbli li ngħataw kien hemm il-kriżi ekonomika, il-prezz tal-fjuwil, u l-ispejjeż tal-manutenzjoni tal-karozzi. Mill-banda l-oħra, ir-roti mhumiex daqshekk għaljin biex iżżommhom, faċli biex tużahom, u huma konvenjenti.

L-Armenja

Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem qatgħetha li l-gvern tal-Armenja kiser id-drittijiet taʼ 17-il żagħżugħ, ilkoll Xhieda taʼ Ġeħova, li ġew arrestati għax irrifjutaw li jagħmlu servizz ċivili taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet militari. Il-gvern kellu jħallas id-danni u l-ispejjeż legali tas-17 li huma.

Il-Ġappun

Mit-tfal li sfaw vittma taʼ delitti li fihom kienu involuti Netwerks Soċjali, 63 fil-mija ma kienu rċivew ebda twissija mill-ġenituri tagħhom dwar il-perikli li setaʼ jkun hemm. Mill-599 każ li ġew eżaminati, 74 fil-mija minn dawk li kienu mixlijin ammettew li l-iskop għala użaw dawn is-siti kien biex ikollhom is-sess maʼ wħud taħt l-età.

Iċ-Ċina

Fi sforz biex tittaffa l-konġestjoni tat-traffiku, bliet kbar qed jillimitaw ir-reġistrazzjonijiet taʼ vetturi ġodda. Pereżempju, fil-Beijing mhux se jinħarġu iktar minn 240,000 reġistrazzjoni fis-sena. F’Awwissu tal-2012, madwar 1,050,000 ruħ ħadu sehem f’lotterija li fiha ttellgħu 19,926 ċertifikat taʼ reġistrazzjoni, jiġifieri, minn kull 53 applikant wieħed biss irnexxielu jikseb ċertifikat.