Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 ĠIE DISINJAT?

Ir-Rix tal-Pingwin Imperjali

Ir-Rix tal-Pingwin Imperjali

IL-PINGWIN imperjali jistaʼ jgħum fl-ilma u jaqbeż għal fuq is-silġ b’ħeffa liema bħalha. Kif?

Rixa tal-pingwin imperjali

Ikkunsidra: Il-pingwin imperjali jaqbad l-arja fir-rix tiegħu. Dan mhux talli jżomm l-għasfur sħun f’bard estrem imma talli jgħinu jiċċaqlaq darbtejn jew tliet darbiet iktar bil-ħeffa milli kieku jkun kapaċi jiċċaqlaq. Kif? Il-bijologi tal-baħar jaħsbu li jagħmel dan billi jħalli bżieżaq żgħar ħafna tal-arja joħorġu minn bejn ir-rix tiegħu. Hekk kif joħorġu, dawn il-bżieżaq inaqqsu l-frizzjoni li jkun hemm fuq wiċċ ir-rix tal-pingwin, u b’hekk dan ikun jistaʼ jgħum u jaqbeż b’iktar ħeffa.

Hu interessanti li l-inġinieri qed jistudjaw modi kif jgħinu l-bastimenti jimxu b’iktar ħeffa billi jużaw il-bżieżaq biex inaqqsu l-frizzjoni li jkun hemm fuq il-qafas tal-bastimenti. Madanakollu, ir-riċerkaturi jirrikonoxxu li hu taʼ sfida li ssir iktar investigazzjoni għax “ir-rix tal-pingwin tant hu kompless li jkun diffiċli biex nagħmlu rita jew tip taʼ xibka li tixbhu.”

Int x’taħseb? Ir-rix tal-pingwin imperjali ġie bl-evoluzzjoni? Jew ġie disinjat?