Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Ħarsa Lejn id-Dinja

Ħarsa Lejn id-Dinja

L-Artiku

“Il-volum tas-silġ fis-sajf hu biss kwart taʼ dak li kien 30 sena ilu,” jgħid Peter Wadhams, professur tal-fiżika tal-oċeani fl-Università taʼ Cambridge, il-Britannja. Fl-2012, xi 50 vapur użaw ir-Rotta tal-Baħar tat-Tramuntana li nfetħet minħabba t-tisħin globali.

Id-Dinja

Instab li fil-ħalib tas-sider li jipproduċu l-ommijiet fil-ġranet wara t-twelid taʼ tarbija hemm iktar minn 700 varjetà taʼ batterji—iktar milli stennew l-esperti. Ir-riċerkaturi għadhom qed jaħdmu biex jiddeterminaw kif dawn il-batterji huma taʼ ġid għas-sistemi tad-diġestjoni u tal-immunità tat-tarbija.

Il-Britannja

Fi studju dwar is-sewqan li sar minn xjentisti mill-Britannja nstab li s-sewwieqa li jkollhom riħ idumu iktar biex jirreaġixxu huma hu jsuqu minn dawk is-sewwieqa li jkunu xorbu.

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

Kull sena, fl-Afrika jsir qtil, li xi wħud jgħidu li “qatt ma kien hawn bħalu,” t’għaxriet t’eluf taʼ ljunfanti għall-avorju tagħhom. F’inċident minnhom, diversi ljunfanti nqatlu billi xi nies sparawlhom f’rashom, milli jidher minn ġo ħelikopter.

L-Awstralja

Matul l-aħħar 27 sena, il-Great Barrier Reef tilfet nofs il-qroll ħaj tagħha. Ix-xjentisti jwaħħlu fiċ-ċikluni tropikali, fl-impestazzjoni tal-crown-of-thorns starfish, u fil-coral bleaching li qed jiġri minħabba li t-temperatura tal-oċeani dejjem tielgħa.