Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Ħarsa Lejn id-Dinja

Ħarsa Lejn id-Dinja

Il-Golf tal-Messiku

Wara inċident li seħħ f’April tal-2010 fuq pjattaforma taż-żejt, ammonti kbar ħafna taʼ żejt u gass damu ħerġin fil-baħar għal kważi tliet xhur. Minn studju li sar minn tim taʼ riċerkaturi nstab li xahrejn u nofs wara dan l-inċident, xi ftit kimiki li jniġġsu kienu għabu. Il-konklużjoni tagħhom kienet li dawn ittieklu minn batterji li kapaċi jġiegħlu l-metanu jiddiżintegra. Madankollu, xi esperti huma xettiċi u jemmnu li ħafna miż-żejt niżel f’qiegħ l-oċean.

ir-Russja

Skont stħarriġ li sar, 59 fil-mija mir-Russi li għandhom bejn it-18 u l-35 sena jemmnu li “biex ikollok suċċess fil-ħajja, kultant trid tmur kontra l-prinċipji u l-livelli morali tiegħek,” jirrapporta l-ġurnal Rossiiskaya Gazeta.

il-Perù

Ftit mill-eqdem ċfaċagħ tal-qamħirrum li qatt instabu jindikaw li l-abitanti tat-Tramuntana tal-Perù kienu jagħmlu l-popcorn u d-dqiq tal-qamħirrum minn tal-inqas 3,000 sena ilu.

l-Italja

Lucio Soravito De Franceschi, l-isqof Kattoliku taʼ Adria-Rovigo, jemmen li messaġġ reliġjuż għandu jkollu “kuntatt dirett mal-individwi” fejn jgħixu. Hu jgħid: “Id-dmirijiet pastorali tagħna m’għandhomx ikunu d-daqq tal-qniepen tal-knejjes imma d-daqq tal-qniepen tad-djar.”

l-Afrika t’Isfel

Il-prezz illegali tal-qarn tar-rinoċeront għall-użu mediku telaʼ saħansitra sa 51,600 ewro l-kilo. Fl-2011, fl-Afrika t’Isfel biss, rekord taʼ 448 rinoċeront inqatlu mill-kaċċaturi illegali. Xi klikek taʼ ħallelin daħlu f’mużewijiet u swali tal-irkant fl-Ewropa biex jisirqu l-qrun. Huwa maħsub li anki r-rinoċeronti fiż-żuwijiet Ewropej qegħdin f’riskju.