Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 SUĠĠETT PRINĊIPALI | JISTAʼ JKOLLOK IL-PAĊI FIL-FAMILJA

Għala jkun hemm il-ġlied fil-familja?

Għala jkun hemm il-ġlied fil-familja?

“ĠENERALMENT niġġieldu dwar il-flus,” tgħid Sarah, * fil-Gana, li ilha miżżewġa lil Jacob 17-il sena. Hi tispjega: “Inħossni rrabjata għax nagħmel ħafna biex nieħu ħsieb il-familja u Jacob qatt ma jkellimni dwar il-finanzi tagħna. Ma nitkellmux għal ġimgħat sħaħ.”

“Iva,” iwieġeb żewġha, Jacob, “ikun hemm waqtiet meta ngħidu lil xulxin kliem mimli rabja. Ġeneralment ikun minħabba li ma nifhmux lil xulxin u minħabba nuqqas taʼ komunikazzjoni bis-sens. Ikollna konflitti wkoll minħabba li r-reazzjoni tagħna għal ċerti sitwazzjonijiet tkun ikbar milli jkun hemm bżonn.”

Nathan fl-Indja, li m’ilux miżżewweġ, jiddeskrivi x’ġara meta darba l-kunjatu għajjat mal-kunjata. “Hi ħadet għaliha,” jgħid hu, “u ħarġet mid-dar. Meta staqsejtu għala kien għajjat daqshekk, hu ħass li jien, ħatnu, kont qed ninsultah. Imbagħad beda jgħajjat magħna lkoll.”

Forsi int ukoll rajt kif ftit kliem mitkellem fil-ħin jew bil-mod il-ħażin jistaʼ jikkaġuna ħafna ġlied fil-familja. Dak li jistaʼ jibda bħala diskussjoni fil-kwiet jistaʼ malajr isir ġlieda bil-kliem. Ħadd ma jistaʼ juża kliem xieraq il-ħin kollu, allura jistaʼ jkun faċli li tifhem ħażin dak li jintqal jew il-motivi taʼ ħaddieħor. Minkejja dan, hu possibbli tgawdi ammont taʼ paċi u armonija.

X’tistaʼ tagħmel meta jqumu argumenti sħan? X’passi tistaʼ tieħu int biex terġaʼ ġġib il-paċi u s-serenità fil-familja? Il-familji kif jistgħu jżommu l-paċi fid-dar? Jekk jogħġbok kompli aqra.

^ par. 3 Xi ismijiet f’dawn l-artikli ġew mibdulin.