Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 SUĠĠETT PRINĊIPALI | IL-​BIBBJA—L-ISTORJA TAʼ KIF BAQGĦET TEŻISTI

Għala l-Bibbja baqgħet teżisti

Għala l-Bibbja baqgħet teżisti

Il-​Bibbja baqgħet teżisti. B’hekk, illum tistaʼ takkwista kopja u taqraha. U meta tagħżel traduzzjoni tajba tal-​Iskrittura, tistaʼ tibqaʼ ċert li tkun qed taqra kopja li tistaʼ tafdaha tal-​kitbiet oriġinali. * Imma l-​Bibbja għala għadha teżisti minkejja tmermir naturali, oppożizzjoni ħarxa, u qerq intenzjonat fil-​messaġġ tagħha, u dan spiss sar b’rakkonti tal-​għaġeb taʼ kif baqgħet teżisti? X’hemm daqshekk speċjali dwar dan il-​ktieb?

“Jien issa konvint li l-​Bibbja li għandi hi rigal mingħand Alla”

Ħafna studenti tal-​Bibbja ġew għall-​istess konklużjoni tal-​appostlu Pawlu, li kiteb: “L-​Iskrittura kollha hi mnebbħa minn Alla.” (2 Timotju 3:16) Huma jemmnu li l-​Bibbja baqgħet teżisti għaliex hi l-​Kelma t’Alla unika u għaliex Alla pproteġieha sal-​lum. Faizal, li ssemma fl-​artiklu tal-​bidu taʼ din il-​ħarġa, fl-​aħħar iddeċieda li jeżamina dawn l-​istqarrijiet għalih innifsu billi jistudja l-​Bibbja. Dak li sab issorprendieh. Ma damx ma tgħallem li ħafna mit-​tagħlim li hu komuni fil-​Kristjaneżmu ma jinsabx fil-​Bibbja. Iktar minn hekk, ħassu kommoss bl-​iskop t’Alla għall-​art kif inhu muri fil-​Kelma Tiegħu.

“Jien issa konvint li l-​Bibbja li għandi hi rigal mingħand Alla,” hu jgħid. “Wara kollox, jekk Alla jistaʼ jagħmel l-​univers, ma kienx hu se jkollu l-​qawwa li jagħtina ktieb u jżommu taħt il-​ħarsien tiegħu għalina? Jekk ngħidu mod ieħor inkunu qed nillimitaw il-​qawwa t’Alla. Li nillimitaw il-​qawwa taʼ Dak li Jistaʼ Kollox—u min jien biex nagħmel dan?”—Isaija 40:8.

^ par. 3 Ara l-​artiklu “Kif Tistaʼ Tagħżel Traduzzjoni Tajba tal-​Bibbja?” fil-​ħarġa tal-​1 taʼ Lulju 2008 taʼ din ir-​rivista.