Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ĠWANNI 5-6

Segwi lil Ġesù b’mottiv tajjeb

Segwi lil Ġesù b’mottiv tajjeb

6:9-11, 25-27, 54, 66-69

Meta Ġesù ta tixbiha li d-​dixxipli sabuha diffiċli biex jifhmu, xi wħud tfixklu u ma ridux jibqgħu jsegwuh. Ġurnata biss qabel, Ġesù kien temagħhom b’mod mirakoluż, u dan wera li l-​qawwa tiegħu kienet ġejja mingħand Alla. Allura għala tfixklu? Milli jidher, huma kienu qed isegwu lil Ġesù b’mottiv egoist. Kienu qed jissieħbu maʼ Ġesù għall-​vantaġġ tagħhom stess.

Kull wieħed minna għandu jsaqsi lilu nnifsu: ‘Jien għala nsegwi lil Ġesù? Nagħmel dan l-​iktar għall-​barkiet t’issa u tal-​futur? Jew għax inħobb lil Ġeħova u nixtieq nogħġbu?’

Għala nistgħu nitfixklu jekk qed naqdu lil Ġeħova primarjament għar-​raġunijiet li ġejjin?

  • Nieħdu pjaċir inkunu mal-​poplu t’Alla

  • Irridu ngħixu f’Ġenna tal-​art