Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Għala tapprezza l-qima vera?

Għala tapprezza l-qima vera?

Il-​Lhud eżiljati kienu inkuraġġiti mill-​viżjoni tat-​tempju t’Eżekjel għax tathom tama li l-​qima vera kienet se terġaʼ tiġi stabbilita. Matul dan iż-​żmien tal-​aħħar, il-​qima vera saret “stabbilita fis-​sod ’il fuq mill-​quċċata tal-​muntanji,” u aħna parti mill-​ġnus kollha li ġrejna lejha. (Is 2:2) Huwa privileġġ li tkun taf u taqdi lil Ġeħova. Inti timmedita b’mod regulari fuq dan?

IL-BARKIET TAL-QIMA VERA:

  • Ikel spiritwali b’abbundanza li jipprovdi valuri prattiċi biex ngħixu bihom, tama ċerta, u tweġibiet għall-​mistoqsijiet importanti tal-​ħajja.—Is 48:17, 18; 65:13; Rum 15:4

  • Fratellanza li taf tħobb mad-​dinja kollha.—Sa 133:1; Ġw 13:35

  • Il-​privileġġ taʼ li nkunu ħaddiema sħab m’Alla biex nagħmlu xogħol sodisfaċenti.—At 20:35; 1Ko 3:9

  • “Il-​paċi t’Alla” li ssaħħaħna matul diffikultajiet kbar.—Flp 4:6, 7

  • Kuxjenza nadifa.—2Ti 1:3

  • Ħbiberija mill-​qrib maʼ Ġeħova.—Sa 25:14

B’liema mod nistaʼ nuri li napprezza l-​qima vera?