Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Ħarriġhom biex jibqgħu jaqdu lil Ġeħova

Ħarriġhom biex jibqgħu jaqdu lil Ġeħova

L-​esperjenza wriet li pubblikaturi ġodda li mill-​ewwel jiġu mħarrġin biex ikollhom sehem regolari u b’mod żeluż fil-​ministeru, ħafna drabi jsiru pubblikaturi effettivi. (Pr 22:6; Flp 3:16) Dawn huma xi ftit suġġerimenti kif tistaʼ tgħin student jiżviluppa bażi tajba għall-​ministeru:

  • Malli l-​istudent tiegħek jiġi approvat biex jaqdi bħala pubblikatur, ibda ħarrġu. (km 8/15 1) Enfasizza kemm hu importanti li jagħmel il-​ministeru parti mir-​rutina tiegħu taʼ kull ġimgħa. (Flp 1:10) Kun pożittiv meta titkellem dwar it-​territorju. (Flp 4:8) Ħeġġu jaħdem maʼ min jieħu ħsieb il-​grupp u maʼ pubblikaturi oħrajn biex jibbenefika mill-​esperjenza tagħhom.—Pr 1:5; km 10/12 6 ¶3

  • Wara li l-​istudent tiegħek jitgħammed, ibqaʼ ħarrġu u inkuraġġih fil-​ministeru, speċjalment jekk ma jkunx għadu lesta l-​ktieb “Fl-​Imħabba t’Alla.”km 12/13 7

  • Meta tkun qed taħdem fil-​ministeru maʼ pubblikatur ġdid, uża preżentazzjoni sempliċi. Wara li tismaʼ l-​preżentazzjoni tiegħu, faħħru mill-​qalb. Agħtih suġġerimenti li se jgħinuh isir aktar effettiv.—km 5/10 7