Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | SALMI 135-141

Aħna magħmulin b’mod tal-għaġeb

Aħna magħmulin b’mod tal-għaġeb

David immedita fuq l-evidenza tal-kwalitajiet tajbin t’Alla li jidhru fil-ħolqien Tiegħu. Hu b’fiduċja uża ħajtu biex jaqdi lil Ġeħova.

Meta David ħaseb fil-fond dwar il-ħolqien, hu tqanqal ifaħħar lil Ġeħova:

139:14

  • “Jien se nfaħħrek għax tal-biżaʼ l-mod taʼ l-għaġeb kif jien magħmul”

139:15

  • “Għadmi ma kienx moħbi minnek meta ġejt magħmul fis-sigriet, meta kont minsuġ fl-iktar partijiet baxxi taʼ l-art”

139:16

  • “Għajnejk rawni meta kont għadni biss embriju, u fil-ktieb tiegħek inkitbu l-partijiet kollha tiegħi”