Li nimxu fil-liġi taʼ Ġeħova jfisser li nissottomettu lilna nfusna għall-gwida divina. Għandna ħafna eżempji tajbin fil-Bibbja taʼ wħud li, bħas-salmista, segwew il-liġi taʼ Ġeħova u straħu fuqu.

Il-ferħ veru jiddependi milli nimxu fil-liġijiet taʼ Ġeħova

119:1-8

Ġożwè wera fiduċja sħiħa fit-tmexxija taʼ Ġeħova. Kien jaf li biex ikun ferħan u jirnexxi, kellu bżonn jafda lil Ġeħova b’qalbu kollha

Il-Kelma t’Alla tagħtina l-kuraġġ meħtieġ biex inkampaw mal-isfidi tal-ħajja

119:33-40

Ġeremija wera kuraġġ u straħ fuq Ġeħova f’ċirkustanzi diffiċli. Żamm ħajtu sempliċi u ppersevera fl-inkarigu tiegħu

Għarfien eżatt mill-Kelma t’Alla jagħtina l-fiduċja biex nippritkaw

119:41-48

Pawlu kien jaqsam il-messaġġ t’Alla bla biżaʼ maʼ kulħadd. Hu kellu fiduċja sħiħa fl-għajnuna taʼ Ġeħova meta b’kuraġġ ipprietka lill-Gvernatur Feliċ

F’liema sitwazzjonijiet nistaʼ nuri aktar fiduċja meta nagħti xhieda lil oħrajn?

  • Skola

  • Xogħol

  • Familja

  • Oħrajn