Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Inħeġġu lil uħud interessati jattendu l-laqgħat

Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Inħeġġu lil uħud interessati jattendu l-laqgħat

GĦALA HU IMPORTANTI: Il-laqgħat jagħtuna opportunità biex b’mod regulari ‘nkantaw lil Ġeħova’ u ‘nfaħħruh.’ (Sa 149:1) Fil-laqgħat, nitgħallmu nagħmlu r-rieda t’Alla. (Sa 143:10) Normalment, uħud interessati u studenti tal-Bibbja jagħmlu iktar progress meta jibdew jattendu l-laqgħat.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Agħti invit lill-individwu interessat kemm jistaʼ jkun malajr. M’għandekx għalfejn tistenna sakemm jiġi stabbilit studju tal-Bibbja.—Ri 22:17

  • Spjegalu xi jsir fil-laqgħa u x’se jiġi diskuss fil-laqgħa li jkun imiss. Dawn li ġejjin jistgħu jkunu t’għajnuna f’dan ir-rigward: l-invit għal-laqgħa tal-kongregazzjoni, il-vidjow X’jiġri f’Sala tas-Saltna?, u lezzjonijiet 5 u 7 tal-browxer Ir-Rieda taʼ Ġeħova

  • Offri l-għajnuna. L-individwu interessat għandu bżonn trasport jew għajnuna biex jagħżel ilbies li jkun xieraq? Oqgħod bilqiegħda ħdejh fil-laqgħa, u ħallih jara l-pubblikazzjonijiet miegħek. Laqqgħu m’oħrajn