Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

L-imħabba tidentifika lill-Kristjani veri—Ipproteġi l-unità prezzjuża

L-imħabba tidentifika lill-Kristjani veri—Ipproteġi l-unità prezzjuża

GĦALA IMPORTANTI: Fil-​lejl taʼ qabel ma miet, Ġesù talab biex id-​dixxipli tiegħu jkunu “ħaġa waħda.” (Ġw 17:23) Biex nibqgħu magħqudin, hemm bżonn li nuru l-​imħabba. Din “ma żżommx kont tal-​ħsara.”—1Ko 13:5.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Imita lil Ġeħova billi tfittex it-​tajjeb f’ħaddieħor

  • Aħfer mill-​qalb

  • Wara li tirranġa kwistjoni, terġax toqgħod issemmiha.—Pr 17:9

ARA L-​VIDJOW ĦA ‘JKOLLKOM L-​IMĦABBA BEJNIETKOM’IŻŻOMMX KONT TAL-​ĦSARA, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Fl-​ewwel parti tal-​vidjow, Helen kif uriet li kienet qed ‘iżżomm kont tal-​ħsara’?

  • Fit-​tieni parti tal-​vidjow, Helen kif għelbet l-​irraġunar negattiv u żviluppat ħarsa pożittiva?

  • Fl-​aħħar mill-​aħħar, Helen kif kellha sehem biex il-​kongregazzjoni tkun magħquda?

Lil min se nweġġgħu l-iktar jekk inżommu kont tal-ħsara?