Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

L-imħabba tidentifika lill-Kristjani veri—Iċħad l-egoiżmu u l-provokazzjoni

L-imħabba tidentifika lill-Kristjani veri—Iċħad l-egoiżmu u l-provokazzjoni

GĦALA IMPORTANTI: Ġesù għallem li d-​dixxipli tiegħu kienu se jintgħarfu mill-​imħabba. (Ġw 13:34, 35) Biex nuru mħabba bħal taʼ Kristu, għandna nagħtu kas l-​interessi t’oħrajn u nevitaw li niġu pprovokati.—1Ko 13:5.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Meta xi ħadd jgħid jew jagħmel xi ħaġa li tweġġgħek, ieqaf u aħseb dwar x’inhi l-​kawża tal-​problema u xi jkunu l-​konsegwenzi taʼ dak li tkun biħsiebek tagħmel.—Pr 19:11

  • Ftakar li aħna kollha imperfetti, u xi drabi ngħidu jew nagħmlu affarijiet li iktar tard jiddispjaċina

  • Irranġa kull nuqqas taʼ qbil malajr kemm jistaʼ jkun

ARA L-​VIDJOW ĦA ‘JKOLLKOM L-​IMĦABBA BEJNIETKOM’IĊĦAD L-​EGOIŻMU U L-​PROVOKAZZJONI, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Lino kif irreaġixxa għas-​suġġeriment taʼ Harry?

  • Il-​fatt li Harry waqaf biex jaħseb, kif għenu biex jevita milli jiġi pprovokat?

  • It-​tweġiba bil-​ħlewwa taʼ Harry kif għenet biex ittaffi t-​tensjoni?

Kif ngħinu lill-kongregazzjoni jekk nibqgħu kalmi meta niġu pprovokati?