Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Għix biex tfaħħar lil Ġeħova!

Għix biex tfaħħar lil Ġeħova!

Il-​ħajja hi rigal prezzjuż. Il-​mod kif ngħixu kuljum juri kemm napprezzawha. Bħala Xhieda taʼ Ġeħova, aħna nagħmlu ħilitna biex nużaw it-​talenti u l-​abbiltajiet tagħna biex nonoraw u nigglorifikaw lil Ġeħova, id-​Donatur tal-​Ħajja. (Sa 36:9; Ri 4:11) Madankollu, l-​ansjetajiet tal-​ħajja taʼ kuljum taʼ din id-​dinja mill-​agħar jistgħu faċilment iwarrbu fil-​ġenb l-​affarijiet spiritwali. (Mk 4:18, 19) Kull wieħed minna jagħmel tajjeb li jsaqsi lilu nnifsu: ‘Qiegħed verament nagħti l-​aħjar tiegħi lil Ġeħova? (Ħo 14:2) Ix-​xogħol jew il-​karriera tiegħi kif qed teffettwa dak li nagħti lil Ġeħova? X’inhuma l-​miri spiritwali tiegħi? X’nistaʼ nagħmel iktar fil-​ministeru?’ Jekk tara li hemm fejn tistaʼ titjieb, itlob lil Ġeħova għall-​għajnuna u agħmel it-​tibdil li jkun hemm bżonn. Żgur se tkun sodisfatt u kuntent jekk tfaħħar lil Ġeħova kuljum!—Sa 61:8.

Għal min qed tuża t-​talenti tiegħek?

ARA L-VIDJOW UŻA T-TALENT TIEGĦEK GĦAL ĠEĦOVA, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Għala ma jkunx għaqli li tuża t-​talenti tiegħek għad-​dinja taʼ Satana? (1Ġw 2:17)

  • Dawk li jagħtu l-​aħjar tagħhom lil Ġeħova liema barkiet igawdu?

  • Fl-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova, fejn tistaʼ tuża t-​talenti u l-​abbiltajiet tiegħek?