Meta tgħaddi minn provi, tixtieq tkun leali bħalma kien Danjel? Danjel studja l-​Kelma t’Alla b’mod diliġenti, anki l-​profeziji profondi. (Da 9:2) Xi ħaġa li tgħinek biex tibqaʼ leali hi li tħaffer fil-​fond fil-​Bibbja. Għax dan jgħinek biex ikollok iktar fidi fil-​wegħdi taʼ Ġeħova li se jseħħu żgur. (Ġoż 23:14) Jistaʼ jgħinek ukoll biex ikollok iktar imħabba għal Alla, li se timmotivak biex tagħmel dak li hu sew. (Sa 97:10) Imma minn fejn se taqbad tibda? Ikkunsidra s-​suġġerimenti li ġejjin.

  • X’għandi nistudja? Rutina tajba taʼ studju tinkludi li tipprepara għal-​laqgħat tal-​kongregazzjoni. Il-​qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa se jkun iktar taʼ benefiċċju jekk tieħu l-​ħin biex tfittex fuq punti li ma tifhimx. Apparti minn hekk, xi wħud għażlu li jitgħallmu iktar dwar il-​profeziji tal-​Bibbja, l-​aspetti differenti tal-​frott tal-​ispirtu t’Alla, il-​vjaġġi missjunarji tal-​appostlu Pawlu, jew saħansitra l-​ħolqien taʼ Ġeħova. Jekk matul il-​ġurnata tiġik f’moħħok mistoqsija dwar il-​Bibbja, iktibha u studja dwarha waqt l-​istudju li jmiss.

  • Fejn nistaʼ nsib l-​informazzjoni? Għal xi ideat, ara l-​vidjow Għodda biex tagħmel riċerka ħalli ssib teżori spiritwali. Biex tipprattika, fittex dwar min huma l-​qawwiet dinjin li huma deskritti bħala bhejjem f’​Danjel kapitlu 7.

  • Kemm għandi nqattaʼ ħin nistudja? Studju regulari huwa importanti ħafna biex tkun b’saħħtek spiritwalment. Jekk hemm bżonn, ibda billi ma ddumx ħafna tistudja u żid il-​ħin bil-​mod il-​mod. Meta tistudja l-​Kelma t’Alla, ikun bħal meta tħaffer għal teżori moħbijin; iktar ma ssib teżori, iktar tkun trid tħaffer! (Pr 2:3-​6) Ix-​xenqa tiegħek għall-​Kelma t’Alla se tiżdied, u b’hekk l-​istudju tal-​Bibbja regulari se jsir parti mir-​rutina tiegħek.—1Pt 2:2.

X’JIRRAPPREŻENTAW IL-BHEJJEM LI JISSEMMEW F’​DANJEL KAPITLU 7?

MISTOQSIJA OĦRA:

Kif twettqet l-​iskrittura taʼ Danjel 7:8, 24?

L-ISTUDJU LI JMISS:

X’jirrappreżentaw il-​bhejjem li jissemmew f’​Rivelazzjoni kapitlu 13?