Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | PROVERBJI 1-6

“Afda f’Ġeħova b’qalbek kollha”

“Afda f’Ġeħova b’qalbek kollha”

Ġeħova jistħoqqlu l-fiduċja sħiħa tagħna. It-tifsir ta’ ismu jsaħħaħ il-fiduċja tagħna fl-abbiltà tiegħu li jwettaq il-wegħdi kollha tiegħu. It-talb hu importanti ħafna biex insaħħu l-fidi tagħna fih. Proverbji kapitlu 3 jaċċertana li Ġeħova se jippremja l-fiduċja li għandna fih billi ‘jiddrittalna triqatna.’

Wieħed li hu għaref f’għajnejh stess . . .

3:5-7

  • ma jitlobx għad-direzzjoni ta’ Ġeħova qabel ma jieħu deċiżjoni

  • jafda fil-ħsieb tiegħu stess jew f’dak tad-dinja

Wieħed li jafda f’Ġeħova . . .

  • jikkultiva relazzjoni mill-qrib miegħu permezz ta’ studju tal-Bibbja, meditazzjoni, u talb

  • jfittex il-gwida tiegħu billi jeżamina l-prinċipji tal-Bibbja meta jieħu deċiżjonijiet

LIEMA MINN DAWN IT-TNEJN JIDDESKRIVI L-MOD KIF NIEĦU D-DEĊIŻJONIJIET?

L-EWWEL: Nagħżel dak li jien naħseb li hu l-iktar għaqli

L-EWWEL: Infittex id-direzzjoni ta’ Ġeħova permezz tat-talb u l-istudju persunali

IT-TIENI: Nitlob lil Ġeħova biex ibierek id-deċiżjoni tiegħi

IT-TIENI: Nieħu deċiżjoni li hi fi qbil mal-prinċipji tal-Bibbja