Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Kif tagħmel kummenti tajbin

Kif tagħmel kummenti tajbin

Kummenti tajbin isaħħu lill-kongregazzjoni. (Rum 14:19) Anki min jagħmilhom jibbenefika. (Pr 15:23, 28) Għalhekk, għandna minn tal-inqas nipprovaw nikkummentaw imqar darba f’kull laqgħa. Naturalment, mhux se jqabbduna biex inwieġbu kull darba li ngħollu idna. Għalhekk, ikun aħjar jekk nippreparaw iktar minn kumment wieħed.

Kumment tajjeb . . .

  • ikun sempliċi, ċar, u qasir. F’ħafna każi, jista’ jingħata fi 30 sekonda jew inqas

  • l-aħjar jingħad fi kliemek stess

  • ma jkunx ripetizzjoni bla bżonn ta’ kumment li jkun diġà ntqal

Jekk iqabbdu lilek l-ewwel biex tikkummenta, . . .

  • wieġeb b’mod sempliċi u dirett għall-mistoqsija

Jekk il-mistoqsija tkun diġà mwieġba, int tista’ . . .

  • turi kif skrittura ċitata tapplika mal-punt li nkunu qed nikkunsidraw

  • ssemmi kif il-materjal jista’ jeffettwa ħajjitna

  • tispjega kif tista’ tiġi użata l-informazzjoni

  • ssemmi fil-qosor esperjenza li tenfasizza punt prinċipali