Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | PROVERBJI 12-16

L-għerf hu aħjar mid-deheb

L-għerf hu aħjar mid-deheb
DEHRA

L-għerf divin għala hu daqstant ta’ valur? Għax min għandu l-għerf jirnexxilu jaħrab triqat ħżiena, u b’hekk jibqa’ ħaj. Għandu effett pożittiv fuq l-attitudni, il-kliem, u l-azzjonijiet ta’ dak li jkun.

L-għerf jipproteġina mill-kburija

16:18, 19

  • Persuna għarfa tirrikonoxxi li Ġeħova hu s-Sors tal-għerf kollu

  • Dawk li jiksbu suċċess jew jingħataw iktar responsabbiltà għandhom b’mod speċjali jgħassu kontra l-kburija u s-suppervja

L-għerf jippromwovi kliem li jibni

16:21-24

  • Persuna għarfa tuża l-għaqal biex issib it-tajjeb f’oħrajn u titkellem b’mod pożittiv dwarhom

  • Kliem li jingħad b’għaqal hu persważiv u ħelu bħall-għasel, u mhux aħrax jew iqajjem il-ġlied