Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Eżempji ta’ preżentazzjonijiet

Eżempji ta’ preżentazzjonijiet

STENBAĦ!

Mistoqsija: Xi nies jiddubitaw jekk Ġesù eżistiex tassew, waqt li oħrajn huma konvinti li eżista. Jerġa’ oħrajn jgħidu li m’hemmx mod kif inkunu nafu fiż-żgur. Int x’taħseb?

Offerta: Din il-ħarġa ta’ Stenbaħ! tikkunsidra x’turi l-evidenza.

GĦALLEM IL-VERITÀ

Mistoqsija: X’jiġri meta mmutu?

Skrittura: Ġw 11:11-14

Verità: Meta xi ħadd imut, ħajtu tispiċċa. Allura m’għandniex għalfejn nibżgħu minn xi ħajja wara l-mewt. Ġesù qabbel il-mewt mal-irqad. Sewwasew bħalma għamel ma’ Lazzru, Ġesù se “jqajjem” lill-maħbubin mejtin tagħna biex jerġgħu jkunu jistgħu jgawdu l-ħajja fuq l-art.Ġob 14:14.

INVIT GĦAL-LAQGĦA TAL-KONGREGAZZJONI (inv)

Offerta: Nixtieq nistiednek għal taħdita b’xejn minn fuq il-Bibbja. Din se tingħata fis-Sala tas-Saltna, jew il-post ta’ qima tagħna. [Offri l-invit għal-laqgħa, uri l-ħin u l-post tal-laqgħa ta’ tmiem il-ġimgħa, u semmi t-tema tat-taħdita pubblika.]

Mistoqsija: Ġieli attendejt xi laqgħa minn tagħna? [Jekk ikun xieraq, uri l-vidjow X’jiġri f’Sala tas-Saltna?]

AGĦMEL IL-PREŻENTAZZJONI TIEGĦEK STESS

Uża l-istil tal-eżempji taʼ qabel biex tagħmel il-preżentazzjoni tiegħek tas-servizz tal-għalqa.