Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 TEŻORI MILL-​KELMA T’ALLA | ATTI 6-8

Il-kongregazzjoni Kristjana ġdida tgħaddi minn prova

Il-kongregazzjoni Kristjana ġdida tgħaddi minn prova

6:1-7; 7:58-60; 8:1

Ir-​romol li kienu jitkellmu bil-​Grieg u li kienu għadhom kif tgħammdu baqgħu Ġerusalemm iktar milli kienu ppjanaw. Huma kienu qed jiġu diskriminati. Din l-​inġustizzja fixklithom, jew stennew bil-​paċenzja lil Ġeħova biex jirranġa l-​affarijiet?

Wara li Stiefnu ġie mħaġġar u persekuzzjoni kbira ġiegħlet lill-​Kristjani f’Ġerusalemm jaħarbu lejn il-​Lhudija u s-​Samarija, naqqsu huma mill-​ministeru tagħhom?

Bl-​appoġġ taʼ Ġeħova, l-​aħwa fil-​kongregazzjoni Kristjana ġdida ssaportew u l-​kongregazzjoni kibret.—At 6:7; 8:4.

STAQSI LILEK INNIFSEK, ‘Jien kif qed inkampa mal-​provi?’