Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

“Għotja lil Ġeħova”

“Għotja lil Ġeħova”

Illum, aħna kif nistgħu nagħtu “għotja lil Ġeħova”? (1Kr 29:5, 9, 14) Hawn taħt hawn diversi modi taʼ kif nistgħu nagħżlu li nagħtu donazzjonijiet volontarji biex nappoġġjaw ix-​xogħol tax-​Xhieda taʼ Ġeħova, kemm lokalment u anke madwar id-​dinja.

DONAZZJONIJIET LI JSIRU ONLAJN JEW LI JIĠU MPOĠĠIJIN FIL-​KAXXI TAL-​KONTRIBUZZJONIJIET:

  • IX-​XOGĦOL TAʼ MADWAR ID-​DINJA

    kostruzzjoni u użu taʼ faċilitajiet tal-​fergħa u uffiċċji tat-​traduzzjoni

    skejjel teokratiċi

    qaddejja fis-​servizz full-​time speċjali

    għajnuna meta jkun hemm xi diżastru

    stampar, produzzjoni taʼ vidjows, u ppubblikar b’mod diġitali

  • SPEJJEŻ TAL-​KONGREGAZZJONI LOKALI

    spejjeż tal-​kongregazzjoni, bħal dawl u ilma u manutenzjoni bażika tas-​Sala tas-​Saltna

    kwalunkwe riżoluzzjoni li tintgħamel mill-​kongregazzjoni biex jintbagħtu l-​flus lill-​uffiċċju tal-​fergħa għal:

    • kostruzzjoni taʼ Swali tas-​Saltna u taʼ Swali tal-​Assemblea madwar id-​dinja

    • l-​Arranġament għall-​Assistenza Globali (Global Assistance Arrangement)

    • attivitajiet oħra taʼ madwar id-​dinja

KONVENZJONIJIET U ASSEMBLEAT

Donazzjonijiet li jintgħamlu għall-​konvenzjoni reġjonali jintbagħtu għax-​xogħol taʼ madwar id-​dinja. Mill-​banda l-​oħra, l-​ispejjeż li għandhom x’jaqsmu mal-​konvenzjonijiet reġjonali, speċjali, u internazzjonali jiġu mħallsa mix-​xogħol taʼ madwar id-​dinja.

Donazzjonijiet li jintgħamlu għas-​circuit jintużaw biex jinkrew, jintużaw, u jżommu l-​postijiet tal-​assemblea f’qagħda tajba u għal spejjeż oħra li għandhom x’jaqsmu mas-​circuit. Circuit tistaʼ tiddeċiedi li tikkontribwixxi l-​flus żejda għax-​xogħol taʼ madwar id-​dinja tax-​Xhieda taʼ Ġeħova.