Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Nikkooperaw biex nippritkaw f’territorju li fih ħafna lingwi

Nikkooperaw biex nippritkaw f’territorju li fih ħafna lingwi

In-​nies spiss ikunu iktar lesti li jwieġbu b’mod favorevoli għall-​messaġġ tas-​Saltna meta jisimgħuh bil-​lingwa t’art twelidhom. Jistaʼ jkun li għalhekk li f’Pentekoste tas-​sena 33, Ġeħova għamel arranġament biex il-​Lhud “li kellhom il-​biżaʼ t’Alla, minn kull ġens taħt is-​sema” jisimgħu l-​aħbar tajba bil-​‘lingwa t’art twelidhom,’ minkejja li x’aktarx ilkoll kienu jitkellmu lingwa komuni, bħall-​Ebrajk jew il-​Grieg. (At 2:5, 8) Illum, fi nħawi fejn hemm nies minn diversi pajjiżi, il-​kongregazzjonijiet li jkollhom laqgħat b’lingwi differenti jistaʼ jkun li jkollhom it-​territorju fl-​istess inħawi taʼ kongregazzjonijiet oħra. Il-​pubblikaturi f’kongregazzjonijiet bħal dawn, kif jistgħu jikkooperaw biex jagħtu xhieda lil kulħadd u fl-​istess ħin jevitaw li jdejqu lill-​inkwilini għax imorru spiss?

  • Ikkonsulta (Pr 15:22): L-​indokraturi tas-​servizz għandhom jitkellmu flimkien u jsibu mod kif l-​ippritkar tal-​aħbar tajba jkun tajjeb għall-​kongregazzjonijiet involuti kollha. Jekk għandhom territorju limitat, il-​kongregazzjonijiet li jippritkaw b’lingwi oħra aktarx li jitolbu li jinqabżu d-​djar li jkunu fit-​territorju tagħhom. Però, jekk ma jkunux jistgħu jkopru t-​territorju kollu tagħhom b’mod regulari għax ikun mifrux ħafna, jaf jippreferu li d-​djar isiru imma jiġu informati meta jkun hemm xi ħadd li juri interess. (od 93 ¶37) Jew forsi jistaqsu l-​kongregazzjoni tiegħek biex tgħinhom isibu n-​nies li jitkellmu bil-​lingwa tal-​kongregazzjoni tagħhom u biex jingħatalhom l-​indirizz ħalli jsir parti mit-​territorju tagħhom. (km 5/15 1) Żomm f’moħħok li f’ċerti każijiet, jistaʼ jkun hemm iktar minn lingwa waħda mitkellma fl-​istess dar. L-​arranġamenti biex jinħadem it-​territorju kollu għandhom ikunu fi qbil mal-​liġijiet tal-​protezzjoni tad-​data.

  • Ikkoopera (Ef 4:16): Segwi bir-​reqqa kwalunkwe direzzjoni li tirċievi mill-​indokratur tas-​servizz tiegħek. Qed tikkonduċi studju tal-​Bibbja maʼ xi ħadd li jippreferi lingwa li mhijiex il-​lingwa tal-​kongregazzjoni tiegħek? L-​istudent x’aktarx li jagħmel iktar progress malajr jekk tgħaddi l-​istudju lil xi kongregazzjoni jew grupp fil-​viċin li jitkellem dik il-​lingwa.

  • Ipprepara (Pr 15:28; 16:1): Jekk inkwilin fit-​territorju tiegħek jitkellem b’lingwa oħra, agħmel l-​almu tiegħek biex taqsam miegħu l-​aħbar tajba. Int tistaʼ tipprepara billi taħseb dwar liema lingwi tistaʼ tiltaqaʼ magħhom u tniżżel minn qabel traduzzjonijiet tal-​Bibbja u vidjows fuq il-​mowbajl jew it-​tablet tiegħek. Int tistaʼ tuża wkoll il-​JW Language app biex titgħallem tislimiet f’xi lingwi.