Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ATTI 1-3

L-ispirtu qaddis jiġi mferraʼ fuq il-kongregazzjoni Kristjana

L-ispirtu qaddis jiġi mferraʼ fuq il-kongregazzjoni Kristjana

2:1-8, 14, 37, 38, 41-47

Ħafna Lhud li kienu Ġerusalemm matul Pentekoste tas-​sena 33 kienu ġejjin minn pajjiżi oħra. (At 2:9-​11) Minkejja li kienu josservaw il-​Liġi Mosajka, jistaʼ jkun li huma għexu f’art barranija għomorhom kollu. (Ġer 44:1) Għaldaqstant, xi wħud għandhom mnejn li kienu iktar jidhru u jitkellmu skont il-​pajjiż li twieldu fih milli bħal-​Lhud. Meta tgħammdu 3,000 minn din il-​folla li kienet ġejja minn diversi pajjiżi, il-​kongregazzjoni Kristjana f’daqqa waħda saret iktar imħallta. Minkejja li kienu ġejjin minn diversi pajjiżi u kellhom trobbija differenti, huma “kienu jqattgħu ħafna ħin fit-​tempju b’fehma waħda.”—At 2:46.

Kif tistaʼ turi interess ġenwin . . .

  • fin-​nies fit-​territorju tiegħek li ġejjin minn pajjiżi oħra?

  • fl-​aħwa fil-​kongregazzjoni tiegħek li ġejjin minn pajjiżi oħra?