Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Nagħmlu żjajjar lura

Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Nagħmlu żjajjar lura

GĦALA IMPORTANTI: Ħafna nies li juru interess fil-​messaġġ tas-​Saltna qed ifittxu l-​verità dwar Alla. (Is 55:6) Sabiex ngħallmuhom pass pass, hemm bżonn li mmorru darba wara l-​oħra. In-​nies jiffaċċjaw sfidi differenti, allura jeħtieġ li nużaw metodi differenti biex inkabbru l-​interess tagħhom. Madankollu, se nkunu iktar effettivi jekk nippreparaw sew u jkollna mira għal kull żjara, imma bil-​mira prinċipali li nibdew studju tal-​Bibbja.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Agħmel sforz biex ma ddumx ma tmur lura, forsi wara ftit ġranet.—Mt 13:19

  • Kun dħuli u uri rispett. Ipprova rrilassa

  • Ibda billi ssellem lil dak li jkun. Sejjaħlu b’ismu. Fakkru għala rġajt mort—forsi biex twieġeb mistoqsija, tiħodlu l-​aħħar rivista, turih il-​websajt tagħna, turih vidjow, jew turih kif isir studju tal-​Bibbja. Addatta d-​diskussjoni jekk jinteressah suġġett ieħor.—Flp 2:4

  • Saqqi ż-​żerriegħa tal-​verità li jkun hemm f’qalbu billi taqsam miegħu ħsieb Skritturali u forsi billi tħallilu xi letteratura. (1Ko 3:6) Ipprova għamel ħbieb miegħu

  • Ħejji t-​triq għaż-​żjara li jmiss