Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | NAĦUM 1–ĦABAKKUK 3

Ibqaʼ żeluż u għassa spiritwalment

Ibqaʼ żeluż u għassa spiritwalment

Ħab 1:5, 6

Il-​qerda imminenti taʼ Ġuda mill-​Babiloniżi għandha mnejn ma kinitx tidher reali. In-​nies taʼ Ġuda kienu diġà ħallsu lill-​Eġittu biex jipproteġuhom. Il-​Kaldin ma kinux iktar b’saħħithom mill-​Eġizzjani, hux hekk? Apparti minn hekk, ħafna Lhud ma kienx jgħaddilhom minn moħħhom li Ġeħova kien se jippermetti li jinqerdu Ġerusalemm u t-​tempju. Minkejja dan, il-​profezija kienet se sseħħ, u Ħabakkuk kellu bżonn jibqaʼ jistennieha billi jibqaʼ żeluż u għassa spiritwalment.

X’jikkonvinċini li dalwaqt se tispiċċa din is-​sistema?

Kif nistaʼ nibqaʼ żeluż u għassa spiritwalment?