Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Ibqaʼ żeluż u għassa spiritwalment meta jinbidlu ċ-​ċirkustanzi tiegħek

Ibqaʼ żeluż u għassa spiritwalment meta jinbidlu ċ-​ċirkustanzi tiegħek

Il-​bidliet ma tistax tevitahom, speċjalment matul dawn iż-​żminijiet tal-​aħħar. (1Ko 7:31) Kemm jekk inkunu qed nistennewhom u kemm jekk le, tajbin jew ħżiena, dawn jistgħu jfixklu l-​qima tagħna u jdgħajfu r-​relazzjoni li jkollna maʼ Ġeħova. X’se jgħinna biex nibqgħu żelużi u għassa spiritwalment matul żmien taʼ tibdil? Ara l-​vidjow Nibqgħu spiritwalment sodi meta nkunu qed inġorru, u mbagħad wieġeb il-​mistoqsijiet li ġejjin:

  • Ħu x’parir ta lill-​missier?

  • Il-​prinċipju li nsibu f’​Mattew 7:25, kif japplika għas-​sitwazzjoni taʼ din il-​familja?

  • Il-​familja kif ippjanat bil-​quddiem biex iġġorr, u dan kif għenhom?

  • X’għen lill-​familja biex tidra fil-​kongregazzjoni u fit-​territorju ġdid?

X’inhuma xi bidliet kbar li għaddejt minnhom dan l-aħħar?

Kif nistaʼ napplika l-​prinċipji li hemm f’dan il-​vidjow għas-​sitwazzjoni tiegħi?