Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Żgħażagħ—Iddumux biex tidħlu mill-‘bieb il-kbir’

Żgħażagħ—Iddumux biex tidħlu mill-‘bieb il-kbir’

Jista’ jkun faċli li naħsbu li ż-żmien taż-żgħożija mhu se jispiċċa qatt u li mhux se nesperjenzaw “jiem l-għali” li jiġu max-xjuħija fid-dinja ta’ Satana. (Ek 12:1) Jekk għadek żagħżugħ, jista’ jkun li qed tassumi li għandek ħafna ħin biex tilħaq miri spiritwali bħal li tidħol fil-ministeru full-time?

“Ġrajjiet mhux mistennijin jiġu fuq kulħadd,” inkluż fuq dawk li għadhom żgħar. (Ek 9:11) “Ma tafux x’se jsir minnkom għada.” (Ġk 4:14) Għalhekk, toqgħodx tittratieni bla bżonn biex tilħaq miri spiritwali. Idħol mill-‘bieb il-kbir’ li jwassal għal ħafna attività waqt li l-bieb għadu miftuħ. (1Ko 16:9) Żgur li mhux se jiddispjaċik.

Xi miri spiritwali li tista’ tagħmel:

  • Tipprietka b’lingwa oħra

  • Taqdi bħala pijunier

  • Tattendi skejjel teokratiċi

  • Tgħin fi proġetti ta’ bini

  • Taqdi f’Betel

  • Taqdi bħala indokratur li jżur il-kongregazzjonijiet

Agħmel lista tal-miri spiritwali tiegħek.