Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | 2 KORINTIN 4-6

“Ma naqtgħux qalbna”

“Ma naqtgħux qalbna”

4:16-18

Immaġina żewġ familji jgħixu fl-​istess binja li hi antika u f’kundizzjoni ħażina. Nistgħu nifhmu għala familja minnhom hi ddisprata. Imma ħaġa tal-​iskantament, il-​familja l-​oħra hi ferħana. Għala? Għax it-​tieni familja dalwaqt se titlaq minn hemm u tmur tgħix f’dar ġdida u sabiħa.

Għalkemm “il-​ħolqien kollu għadu jokrob u jħoss l-​uġigħ flimkien,” il-​qaddejja t’Alla għandhom tama li ssostnihom. (Rum 8:22) Aħna nafu li l-​problemi li għandna fil-​preżent, anki dawk li ilhom jifnuna għaxriet taʼ snin, huma ‘mumentanji u ħfief’ meta mqabblin mal-​eternità fid-​dinja l-​ġdida t’Alla. Li niffokaw fuq il-​barkiet futuri tas-​Saltna se jgħinna biex inkunu ferħanin u ma naqtgħux qalbna.