Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Għin lil uliedek jimxu wara Kristu

Għin lil uliedek jimxu wara Kristu

Xejn ma jġib iktar ferħ lill-​ġenituri Kristjani milli jaraw lit-​tfal tagħhom ‘jiċħdu lilhom infushom u jerfgħu z-​zokk tat-​tortura tagħhom u jibqgħu mexjin’ wara Ġesù. (Mk 8:34; 3Ġw 4) Il-​ġenituri x’jistgħu jagħmlu biex jgħinu lil uliedhom jimxu wara Ġesù, jiddedikaw ħajjithom lil Ġeħova, u jitgħammdu? Kif jistgħu jindunaw li t-​tfal huma lesti għall-​pass importanti tal-​magħmudija?

Aqra “Messaġġ lill-​ġenituri Kristjani” minn paġni 165-​166 tal-​ktieb Organizzati biex nagħmlu r-​rieda taʼ Ġeħova, imbagħad ikkunsidra l-​mistoqsijiet li ġejjin:

  1. X’inhu dixxiplu?

  2. Il-​ġenituri x’għandhom jgħallmuhom lit-​tfal?

  3. Skont l-​età, it-​tfal kif għandhom japplikaw dawn l-​iskritturi biex jikkwalifikaw għall-​magħmudija?