Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

“Dak li Alla għaqqad flimkien . . .”

“Dak li Alla għaqqad flimkien . . .”

Skont il-​Liġi li Alla ta lil Mosè, raġel li kien qed jaħseb li jiddivorzja kellu jagħmel ċertifikat legali. Dan kien biex iżomm lura lil dak li jkun milli jaqbad u jġib iż-​żwieġ tiegħu fix-​xejn. Imma fi żmien Ġesù, il-​mexxejja reliġjużi għamluha faċli biex dak li jkun jikseb id-​divorzju. L-​irġiel setgħu jiddivorzjaw lin-​nisa tagħhom għal kull ħaġa taʼ xejn. (“ċertifikat taʼ tkeċċija” nota taʼ studju dwar Mk 10:4, nwtsty; jiddivorzja lil martu,” “jagħmel adulterju kontriha” noti taʼ studju dwar Mk 10:11, nwtsty) Ġesù ġibed l-​attenzjoni għall-​fatt li ż-​żwieġ hu arranġament approvat u stabbilit minn Ġeħova. (Mk 10:2-12) Raġel u mara kellhom isiru “ġisem wieħed” f’għaqda dejjiema. L-​unika bażi Skritturali għal divorzju, skont ir-​rakkont taʼ Mattew li jaqbel maʼ dak taʼ Marku, hi “ż-​żína,” jiġifieri l-​immoralità sesswali.—Mt 19:9.

Illum, ħafna nies iqisu ż-​żwieġ rabta ċoff bħalma kienu jqisuh il-​Fariżej, u mhux bħalma kien iqisu Ġesù. Meta jkun hemm il-​problemi, in-​nies fid-​dinja malajr jaqbdu u jiddivorzjaw. Mill-​banda l-​oħra, il-​koppji Kristjani jieħdu bis-​serjetà l-​wegħdi taż-​żwieġ. Huma jagħmlu ħilithom biex jegħlbu d-​diffikultajiet billi japplikaw il-​prinċipji tal-​Bibbja. Wara li tara l-​vidjow L-​imħabba u r-​rispett jgħaqqdu lill-​familji, wieġeb il-​mistoqsijiet li ġejjin:

  • Kif tistaʼ tapplika Proverbji 15:1 fiż-​żwieġ tiegħek, u għala hu importanti li tagħmel hekk?

  • Kif tistaʼ tevita l-​problemi billi tapplika Proverbji 19:11?

  • Jekk qed taħseb li ż-​żwieġ tiegħek wasal biex jintemm, minflok ma tikkunsidra jekk għandekx tiddivorzja, dwar liema mistoqsijiet għandek taħseb?

  • Kif tistaʼ tkun raġel jew mara miżżewġa aħjar billi tapplika Mattew 7:12?