IT-​TORRI TAL-​GĦASSA

Introduzzjoni: Waħda mill-​iktar xeni magħrufa fil-​ktieb tar-​Rivelazzjoni hi dik tal-​erbaʼ rikkieba taż-​żwiemel tal-​Apokalissi. Xi wħud jibżgħu minnha. Oħrajn tqabbadhom kurżità.

Skrittura: Ri 1:3

Offerta: Din il-​ħarġa tat-​Torri tal-​Għassa tispjega kif il-​ġirja taʼ dawn l-​erbaʼ rikkieba taż-​żwiemel tistaʼ tfisser aħbar tajba għalina.

GĦALLEM IL-​VERITÀ

Mistoqsija: Taħseb li nistgħu nkunu nafu x’hemm fil-​futur għalina?

Skrittura: Is 46:10

Verità: Alla jgħidilna x’se jiġri fil-​futur permezz tal-​Kelma tiegħu, il-​Bibbja.

IL-​FAMILJA TIEGĦEK TISTAʼ TKUN FERĦANA (hf)

Introduzzjoni: Qed nuru dan il-​vidjow qasir dwar il-​familja. [Uri l-​vidjow Il-​familja tiegħek tistaʼ tkun ferħana.]

Offerta: Jekk tixtieq taqra l-​browxer li ssemma fil-​vidjow, nistaʼ nagħtik wieħed b’xejn jew nistaʼ nurik kif tniżżlu mill-​websajt.

AGĦMEL IL-​PREŻENTAZZJONI TIEGĦEK STESS

Uża l-​istil tal-​eżempji taʼ qabel biex tagħmel il-preżentazzjoni tiegħek tas-​servizz tal-​għalqa.