FULJETT GĦALL-ISTUDJU—IL-ĦAJJA U L-MINISTERU Mejju 2017
Eżempji ta’ preżentazzjonijiet
Eżempji ta’ preżentazzjonijiet għat-Torri tal-Għassa u għall-verità mill-Bibbja dwar x’hemm lest għalina fil-futur. Uża dawn l-eżempji biex tagħmel il-preżentazzjoni tiegħek.
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA
Sinjal li l-Iżraelin se jerġgħu lura lejn pajjiżhom
Alla Ġeħova liema wegħda għamel meta qal lill-profeta Ġeremija biex jixtri għalqa? Ġeħova kif wera li hu tajjeb?
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA
Għebed-melek—Eżempju taʼ kuraġġ u qalb tajba
Għebed-melek wera li kien kuraġġuż u determinat meta mar għand is-Sultan Sedekija, imma wera qalb tajba lejn il-profeta t’Alla, Ġeremija.
GĦIX BĦALA KRISTJAN
Nieħdu ħsieb il-postijiet tal-qima tagħna
Is-Swali tas-Saltna jissejħu bl-isem qaddis t’Alla, b’hekk hu importanti li jkunu nodfa u f’kundizzjoni tajba. Kif nistgħu nieħdu ħsieb is-Sala tas-Saltna?
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA
Ġeħova se jagħti lil kull wieħed skont għemilu
Kemm il-profeta Ġeremija u kemm is-Sultan Sedekija kellhom konnessjoni mal-qerda taʼ Ġerusalemm, imma l-istorja tagħhom kienet differenti għall-aħħar.
GĦIX BĦALA KRISTJAN
Ġeħova mhux se jinsa l-imħabba tagħkom
Ġeħova kif iqis lill-qaddejja leali tiegħu mdaħħlin fiż-żmien li issa huma limitati f’dak li jistgħu jagħmlu fil-ministeru?
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA
Tibqax “tfittex ħwejjeġ kbar għalik innifsek”
Baruk kien iqim lil Ġeħova u għen lealment lil Ġeremija, imma għal xi żmien ma baqax iffokat fuq dan. X’kellu bżonn jagħmel biex jibqaʼ ħaj fil-qerda taʼ Ġerusalemm?
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA
Ġeħova jbierek lill-umli u jikkastiga lill-arroganti
Babilonja li kienet arroganti ttrattat il-poplu taʼ Ġeħova bi krudeltà. L-Iżraelin li nidmu ġew meħlusin mill-jasar, imma x’ġara lil Babilonja?