Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | SALM 1-10

Biex ikollna l-paċi maʼ Ġeħova jeħtieġ li nonoraw lil Ibnu, Ġesù

Biex ikollna l-paċi maʼ Ġeħova jeħtieġ li nonoraw lil Ibnu, Ġesù

Ġie profetizzat li se jkun hemm oppożizzjoni kontra Ġeħova u Ġesù

2:1-3

  • Ġie profetizzat li l-ġnus ma kinux se jaċċettaw l-awtorità taʼ Ġesù imma minflok kienu se jinsistu fuq l-awtorità tagħhom

  • Din il-profezija twettqet matul iż-żmien li Ġesù kien fuq l-art u għandha twettiq akbar illum

  • Is-salmista jgħid li l-ġnus ireddnu dwar ħaġa fiergħa, jiġifieri l-mira tagħhom hi bla skop u żgur se tfalli

Dawk biss li jonoraw lis-Sultan midluk taʼ Ġeħova se jiksbu l-ħajja

2:8-12

  • Dawk kollha li jopponu lis-Sultan Messjaniku se jiġu meqruda

  • Billi jonoraw lill-Iben, Ġesù, individwi jistgħu jsibu sigurtà u paċi