GĦIX BĦALA KRISTJAN
Modi kif tuża l-JW Library
BIEX TISTUDJA:
Aqra l-
Bibbja u l- iskrittura tal- jum Aqra l-
Yearbook, ir- rivisti, u pubblikazzjonijiet oħrajn. Uża l- bookmark Ipprepara għal-
laqgħat tal- kongregazzjoni u mmarka t- tweġibiet Ara vidjows
FIL- LAQGĦAT:
Sib l-
iskritturi li jirreferi għalihom il- kelliemi. Uża l- buttuna li turik fejn kont l- aħħar biex tmur lura fi skrittura li kont Minflok ma ġġib għadd taʼ pubblikazzjonijiet stampati fil-
laqgħa, uża l- apparat elettroniku tiegħek biex issegwi d- diversi partijiet u biex tkanta l- għanjiet. Il- JW Library fiha l- għanjiet ġodda li għadhom ma ġewx stampati fil- ktieb tal- għanjiet
FIL- MINISTERU:
Lil xi ħadd li juri interess urih xi ħaġa mill-
JW Library, u mbagħad għinu jniżżel l- app u pubblikazzjonijiet fuq l- apparat elettroniku tiegħu stess Uża l-
buttuna fejn tfittex biex issib vers mill- Bibbja. Tistaʼ tikteb kelma jew frażi speċifika mill- vers biex issib skrittura Uri vidjow. Jekk l-
inkwilin għandu t- tfal, tistaʼ turi wieħed mill- vidjows Sir Ħabib taʼ Ġeħova. Jew tistaʼ turi l- vidjow Għala għandek tistudja l- Bibbja? biex dak li jkun jinteressa ruħu fi studju tal- Bibbja. Jekk xi ħadd jitkellem lingwa oħra, uri vidjow bil- lingwa tiegħu Uri lil xi ħadd skrittura b’lingwa oħra minn traduzzjoni li tkun diġà niżżilt qabel. Mur fuq l-
iskrittura, agħfas in- numru tal- vers, u mbagħad agħfas il- buttuna li tieħdok fuq it- traduzzjoni