Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Uża l-vidjows biex tgħallem lill-istudenti tal-Bibbja tiegħek

Uża l-vidjows biex tgħallem lill-istudenti tal-Bibbja tiegħek

Għajnuniet viżwali jiġbdu l-​attenzjoni tal-​persuna li tkun qed tarahom u jgħinuha tifhem u tiftakar dak li tkun tgħallmet. L-​Istruttur Grandjuż tagħna, Ġeħova, uża għajnuniet viżwali biex jgħallem lezzjonijiet importanti. (Ġen 15:5; Ġer 18:1-6) Anki l-​Għalliem il-​Kbir, Ġesù, għamel hekk. (Mt 18:2-6; 22:19-21) Waħda mill-​għajnuniet viżwali li tat prova li hi taʼ benefiċċju kbir fis-​snin reċenti hi l-​vidjows. Qiegħed int tagħmel użu tajjeb mill-​vidjows meta tgħallem lill-​istudenti tal-​Bibbja tiegħek?

Ġew preparati għaxar vidjows biex jgħinuna ngħallmu l-​lezzjonijiet tal-​browxer Aħbar Tajba Mingħand Alla! Ħafna drabi, kull titlu taʼ vidjow jaqbel maʼ waħda mill-​mistoqsijiet li nsibu fil-​browxer li huma miktubin b’tipa iktar skura. Il-​verżjoni diġitali tinkludi links li jfakkruna meta għandna nuru kull vidjow. Iktar minn hekk, hemm vidjows oħra b’iktar materjal li jaqblu maʼ diversi pubblikazzjonijiet għall-​istudju li nsibu fil-​Kaxxa tal-​Għodda tat-​Tagħlim tagħna.

Qed tiddiskuti xi suġġett tal-​Bibbja li jistaʼ jkun diffiċli għall-​istudent tiegħek biex jifhmu? Jew qiegħed l-​istudent jiffaċċja xi sfida partikulari? Fittex fil-​vidjows f’jw.org® u f’JW Broadcasting® biex issib wieħed li jistaʼ jgħinu. Forsi int u l-​istudent tiegħek tistgħu taraw wieħed minnhom flimkien u mbagħad tiddiskutuh.

Kull xahar joħorġu vidjows ġodda. Waqt li tkun qed tarahom, aħseb dwar kif tistaʼ tużahom meta tkun qed tgħallem lil oħrajn.