Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Niktbu ittri b’mod tajjeb

Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Niktbu ittri b’mod tajjeb

GĦALA HU IMPORTANTI: Il-​ktieb tal-​1 Korintin hu wieħed mill-​14-​il ittra li kiteb l-​appostlu Pawlu biex jinkuraġġixxi lill-​Kristjani sħabu. Meta xi ħadd jikteb ittra, hu jkollu ċans jagħżel il-​kliem sew u dak li jirċiviha jistaʼ jaqraha kemm-​il darba. L-​ittri huma mod tajjeb kif nagħtu xhieda lil qrabatna u persuni li nafu. Huma metodu effettiv ukoll biex nagħtu xhieda lil dawk li ma nistgħux inkellmuhom wiċċ imb wiċċ. Pereżempju, persuna forsi turi interess imma diffiċli biex issibha d-​dar. Xi wħud fit-​territorju tagħna jistaʼ jkun diffiċli li tkellimhom għax joqogħdu f’appartamenti b’sigurtà għolja, f’bini b’kanċelli msakkrin, jew f’postijiet iżolati. X’inhuma xi affarijiet li għandek iżżomm f’moħħok meta tkun qed tikteb lil xi ħadd, speċjalment jekk ma tkunx tafu?

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Ikteb dak li kieku tgħid meta tkun qed titkellem mal-​persuna. Introduċi lilek innifsek fil-​bidu tal-​ittra, u għid b’mod ċar għala qed tikteb. Forsi tistaʼ tagħmel xi mistoqsija biex il-​persuna taħseb dwarha, u agħmel referenza għall-​websajt tagħna. Imbagħad għidilha bl-​Online Bible Study Lessons, li huma disponibbli bl-​Ingliż, jew semmi l-​arranġament tal-​istudju tal-​Bibbja fid-​dar. Jew inkludi xi titli taʼ kapitli minn pubblikazzjoni li nużaw biex nistudjaw man-​nies. Tistaʼ tinkludi wkoll letteratura bħall-​kard tal-​jw.org, invit, jew fuljett

  • L-​ittra m’għandhiex tkun twila żżejjed ħalli l-​persuna li tirċiviha ma tiddejjaqx taqraha.—Uża l-​eżempju taʼ ittra

  • Iċċekkjaha għal xi żbalji u agħmel ċert li hi pulita u faċli biex tinqara. Kun ċert li l-​kliem jinstemaʼ dħuli, ikun magħżul bit-​tattika, u pożittiv. Agħmel ċert li tpoġġi biżżejjed bolol fuq l-​envelop