Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Eżempju t’ittra

Eżempju t’ittra
  • Uża l-​indirizz tiegħek stess. Jekk tħoss li ma jkunx għaqli li tagħti l-​indirizz tiegħek, tistaʼ tuża l-​indirizz tas-​Sala tas-​Saltna jekk l-​anzjani jagħtuk permess. Madankollu, m’għandek QATT tuża l-​indirizz tal-​uffiċċju tal-​fergħa bħala l-​indirizz biex jiktbulek lura fih.

  • Jekk taf l-​isem tal-​persuna użah. B’hekk tevita li tagħti l-​impressjoni li l-​ittra hi xi reklam kummerċjali.

  • Oqgħod attent għal kif tispelli l-​kliem, għall-​grammatika, u għall-​punteġġjatura. L-​ittra għandha tidher pulita, u mhux traskurata. Jekk tkun miktuba bl-​idejn, għandha tkun faċli biex tinqara. Il-​kliem la għandu jkun każwali żżejjed u lanqas formali żżejjed.

L-​eżempju tal-​ittra li hawn juri dawn il-​punti. L-​ittra m’għandhiex tiġi kkopjata kelma b’kelma kull darba li tikteb lil xi ħadd fit-​territorju tiegħek. Aġġusta l-​ittra skont l-​iskop għala ħa tibgħatha u skont iċ-​ċirkustanzi u d-​drawwiet lokali.