Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | MATTEW 20-21

“Kulmin irid isir kbir fostkom irid ikun il-qaddej tagħkom”

“Kulmin irid isir kbir fostkom irid ikun il-qaddej tagħkom”

20:28

L-​iskribi u l-​Fariżej kburin kienu jħobbu l-​attenzjoni tan-​nies u li jsellmulhom “fis-​suq”

L-​iskribi u l-​Fariżej kburin riedu jimpressjonaw lil oħrajn u xtaqu l-​prominenza. (Mt 23:5-7) Ġesù kien differenti. “Bin il-​bniedem ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi.” (Mt 20:28) Niffokaw aħna l-​iktar fuq l-​aspetti tal-​qima li bihom naqilgħu l-​proset u t-​tifħir? Jekk irridu nidhru importanti f’għajnejn Ġeħova, allura se nipprovaw nimitaw lil Ġesù u nagħmlu kulma nistgħu biex naqdu lil oħrajn. Ħafna drabi, xogħol bħal dan isir minn wara l-​kwinti—jarah biss Ġeħova. (Mt 6:1-4) Qaddej umli se . . .

  • jieħu sehem fit-​tindif u l-​manutenzjoni tas-​Sala tas-​Saltna

  • jieħu l-​inizjattiva biex jgħin lil uħud imdaħħlin fiż-​żmien u lil oħrajn

  • jagħti donazzjonijiet finanzjarji biex jappoġġja l-​interessi tas-​Saltna