Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Għin lill-familja tiegħek biex ma jinsewx lil Ġeħova

Għin lill-familja tiegħek biex ma jinsewx lil Ġeħova

Ġeremija kien inkarigat biex iwissi lil-Lhud dwar il-qerda li kienet riesqa minħabba li kienu nsew lill-Alla tagħhom, Ġeħova. (Ġer 13:25) Il-ġens kif spiċċa f’din is-sitwazzjoni spiritwali tal-biki? Il-familji Iżraelin ma baqgħux spiritwali. Milli jidher, il-kapijiet tal-familja ma kinux qed isegwu d-direzzjoni li Ġeħova ta f’Dewteronomju 6:5-7.

Familji b’saħħithom spiritwalment jgħinu biex il-kongregazzjonijiet tagħna llum ikunu stabbli. Il-kapijiet tal-familja jistgħu jgħinu lill-familji tagħhom biex ma jinsewx lil Ġeħova permezz taʼ qima bħala familja li ssir b’mod regulari u li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-familja. (Sa 22:27) Wara li tara l-vidjow Dan il-kliem . . . irid ikun f’qalbek”—Intervisti maʼ familji, wieġeb dawn il-mistoqsijiet:

  • Biex jibqgħu jagħmlu l-qima bħala familja, xi familji kif irnexxielhom jegħlbu l-isfidi li ħafna jħabbtu wiċċhom magħhom?

  • X’inhuma xi barkiet li jiġu meta l-qima bħala familja tinżamm b’mod regulari u tkun sinifikanti?

  • F’dik li hi qima bħala familja, liema sfidi għandi jien, u kif biħsiebni negħlibhom?