Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Ismaʼ Minn Alla—Kif tużah

Ismaʼ Minn Alla—Kif tużah

Il-browxer Ismaʼ Minn Alla ġie disinjat biex jgħallem veritajiet bażiċi tal-Bibbja permezz tal-istampi lil dawk li ma jafux jaqraw. Kull lezzjoni hi fuq żewġ paġni u fiha stampi preparati bir-reqqa. Dawn fihom vleġeġ biex jiggwidaw id-diskussjoni minn stampa għall-oħra.

Il-browxer Isma’ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem għandu l-istess stampi li għandu l-browxer Ismaʼ Minn Alla, imma l-ewwel wieħed fih iktar kitba u jistaʼ jintuża minn studenti li jkunu jafu jaqraw xi ftit. Il-pubblikaturi spiss jippreferu jużawh bħala l-kopja tagħhom waqt li l-istudent tagħhom ikun qed juża l-browxer Ismaʼ Minn Alla. Ħafna paġni fihom kaxxa b’iktar informazzjoni. Din tistaʼ tiġi diskussa mal-istudent skont l-abbiltà tiegħu.

Tistaʼ toffri kemm wieħed u kemm l-ieħor fi kwalunkwe ħin, anki jekk ma jkunux l-offerta tax-xahar. Meta tkun qed tikkonduċi studju tal-Bibbja, uża l-istampi biex tispjega x’tgħid il-Bibbja. Staqsi mistoqsijiet ħalli tinvolvi l-istudent u tkun ċert li qiegħed jifhem. Aqra u ddiskuti l-iskritturi li hemm fuq in-naħa t’isfel taʼ kull paġna. Wara li tlesti l-browxer, studja l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? jew il-ktieb X’Nistgħu Nitgħallmu mill-Bibbja? biex tgħin lill-istudent jasal għall-magħmudija.