Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Nilqgħu lill-mistidnin tagħna

Nilqgħu lill-mistidnin tagħna

Fit-23 taʼ Marzu, mat-12-il miljun ruħ jew iktar huma mistennijin li jattendu t-Tifkira bħala l-mistidnin tagħna. X’xhieda mill-aqwa se jingħataw hekk kif il-kelliemi jiddiskuti l-għotja tal-fidwa li tana Ġeħova u xi ftit mill-barkiet li se jkollha l-umanità fil-futur! (Is 11:6-9; 35:5, 6; 65:21-23; Ġw 3:16) Però, il-kelliemi mhuwiex l-uniku wieħed li se jagħti xhieda f’din l-okkażjoni speċjali. Ilkoll kemm aħna jistaʼ jkollna sehem billi nilqgħu mill-qalb lill-mistidnin tagħna. (Rum 15:7) Dawn huma xi suġġerimenti.

  • Minflok ma tpoġġi bilqiegħda u tistenna li jibda l-programm, ilqaʼ lill-viżitaturi u lill-uħud inattivi bi tbissima u b’tislima dħulija

  • Waqt li tagħti attenzjoni speċjali lil dawk li taf u li tkun stidint persunalment, oqgħod attent għal oħrajn li forsi jkunu hemm minħabba li jkunu rċivew l-invit matul il-kampanja. Stieden lill-uħud ġodda biex joqogħdu bilqiegħda ħdejk. Għinhom isegwu miegħek mill-Bibbja u l-ktieb tal-għanjiet

  • Wara t-taħdita, kun disponibbli biex twieġeb il-mistoqsijiet. Jekk il-ħin ikun limitat minħabba li tkun se tiltaqaʼ kongregazzjoni oħra warajkom, agħmel arranġamenti biex iżżur il-persuna fi ftit jiem. Jekk m’għandekx id-dettalji taʼ dak li jkun, tistaʼ tgħid: “Nixtieq inkun naf x’deherlek mill-programm. Hemm xi mod kif nistaʼ nikkuntattjak?”