Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ESTER 6-10

Ester aġixxiet bla egoiżmu għal Ġeħova u għall-poplu tiegħu

Ester aġixxiet bla egoiżmu għal Ġeħova u għall-poplu tiegħu
DEHRA

Ester kienet kuraġġuża u mhux egoista meta ddefendiet lil Ġeħova u lill-poplu tiegħu

8:3-5, 9

  • Ester u Mordekaj kienu fis-sigurtà. Imma d-digriet taʼ Ħaman biex joqtol lil-Lhud kollha kien qed jintbagħat mal-imperu kollu

  • Ester reġgħet issograt ħajjitha billi marret għand is-sultan mingħajr ma kienet mistiedna. Hi bkiet għall-poplu tagħha u talbet lis-sultan biex iħassar dak id-digriet terribbli

  • Il-liġijiet li kienu jgħaddu f’isem is-sultan ma setgħux jitħassru. Allura s-sultan ta lil Ester u lil Mordekaj l-awtorità biex joħorġu liġi ġdida

Ġeħova ta lill-poplu tiegħu rebħa kbira

8:10-14, 17

  • Intbagħtet proklamazzjoni oħra li tat lil-Lhud id-dritt li jiddefendu lilhom infushom

  • Ir-rikkieba marru jiġru bil-messaġġ lejn kull parti tal-imperu, u l-Lhud ħejjew ruħhom għall-battalja

  • Ħafna nies raw l-evidenza tal-favur t’Alla u saru proseliti Lhud