Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ĠOB 6-10

Ir-raġel leali Ġob jesprimi l-uġigħ kbir tiegħu

Ir-raġel leali Ġob jesprimi l-uġigħ kbir tiegħu

Ġob kien tilef kollox, kien imnikket minħabba mewt, u kien marid serjament, imma hu baqaʼ leali. Allura Satana pprova juża l-iskuraġġiment biex ikisser l-integrità taʼ Ġob. Waslu tlett “iħbieb” tiegħu. L-ewwel, quddiem in-nies għamlu tabirruħhom li ssimpatizzaw miegħu. Imbagħad poġġew maʼ Ġob għal sebat ijiem mingħajr ma qalu kelma, lanqas waħda taʼ faraġ. U fid-diskors li għamlu wara huma xlewh u akkużawh b’mod aħrax.

Ġob żamm il-lealtà tiegħu lejn Ġeħova minkejja l-pressjoni ħarxa li kellu

6:3; 7:16; 9:20-22; 10:1, 12

  • Niket kbir ġiegħel lil Ġob jara l-affarijiet b’mod żbaljat. Hu b’mod ħażin ikkonkluda li Alla ma kienx jimpurtah jekk jibqax leali

  • Minħabba l-iskuraġġiment, Ġob ma ħasibx dwar raġunijiet oħra għala kien qed ibati

  • Minkejja li kien imnikket ferm, Ġob xorta tkellem maʼ dawk li kienu qed jakkużawh dwar l-imħabba li kellu għal Ġeħova