Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | LUQA 8-9

Kun segwaċi tiegħi—X’hemm bżonn li tagħmel?

Kun segwaċi tiegħi—X’hemm bżonn li tagħmel?

9:62

Sabiex jagħmel raddi dritti, dak li jaħrat ma jistax jiġi aljenat minn dak li hemm warajh. B’mod simili, Kristjan ma jistax iħalli lilu nnifsu jiġi aljenat mill-​affarijiet li ħalla warajh fid-​dinja.—Flp 3:13.

Meta nkunu għaddejjin minn diffikultajiet, ikun faċli li nibdew nixxennqu għall-​ħajja li kellna qabel, forsi għall-​ħajja li kellna qabel dħalna fil-​verità. Meta nagħmlu hekk, spiss nibdew nesaġeraw meta naħsbu dwar dak li kien iferraħna u nċekknu l-​problemi li kellna. L-​Iżraelin hekk għamlu wara li telqu mill-​Eġittu. (Nu 11:5, 6) Jekk nibqgħu nhewdnu fuq ħsibijiet bħal dawn, nistgħu nibdew nitħajru nerġgħu lura għall-​ħajja li kellna. Kemm ikun aħjar li ngħoddu l-​barkiet li għandna u niffokaw fuq il-​ferħ li se jkollna fil-​futur taħt is-​Saltna!—2Ko 4:16-18.