Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | LUQA 10-11

Il-parabbola tas-Samaritan li wera qalb tajba

Il-parabbola tas-Samaritan li wera qalb tajba

10:25-37

Ġesù ta din il-​parabbola bi tweġiba għall-​mistoqsija: “Min tassew hu l-​proxxmu tiegħi?” (Lq 10:25-29) Ġesù kien jaf li eventwalment il-​kongregazzjoni Kristjana kienet se tkun magħmula minn nies taʼ “kull xorta”—inkluż Samaritani u nies mhux Lhud. (Ġw 12:32) Din il-​parabbola għallmet lis-​segwaċi tiegħu li għandhom joħorġu barra minn triqithom biex juru mħabba għal oħrajn, anki lejn dawk li forsi huma differenti ħafna minnhom.

STAQSI LILEK INNIFSEK:

  • ‘Kif inħossni dwar l-​aħwa li ġejjin minn kultura differenti?’

  • ‘Inqattaʼ l-​biċċa l-​kbira tal-​ħin tiegħi maʼ dawk li naqbel ħafna magħhom?’

  • ‘Nistaʼ nwessaʼ qalbi billi nsir naf aħjar lil sħabi l-​Kristjani li kellhom trobbija differenti minn tiegħi jew li ġejjin minn pajjiż ieħor?’ (2Ko 6:13)

Lil min nixtieq nistieden biex . . .

  •  jaħdem miegħi fil-​ministeru?

  •  jiġi jiekol għandi?

  •  jingħaqad mal-​familja tiegħi fil-​Qima Bħala Familja li jmiss?