Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Manjieri tajbin ħdejn il-bibien

Manjieri tajbin ħdejn il-bibien

Il-​Kristjani huma “spettaklu teatrali għad-​dinja.” (1Ko 4:9) Għaldaqstant, m’għandniex nissorprendu ruħna li xi inkwilini joqogħdu għassa tagħna minn wara xi tieqa jew joqogħdu jissemmgħu minn wara l-​bieb. Id-​dar jistaʼ saħansitra jkollha kamera tas-​sigurtà u mikrofonu li jippermettu lill-​inkwilin josservana, jismagħna, u jirrekordjana. Hawnhekk se nsibu xi modi kif nuru manjieri tajbin meta nkunu ħdejn il-​bibien.—2Ko 6:3.

• BL-​IMĠIBA TIEGĦEK (Flp 1:27):

  • Irrispetta l-​privatezza tal-​inkwilin billi ma toqgħodx tittawwal għal ġod-​dar. La għandek tiekol, la tixrob, la ċċempel u lanqas tibgħat xi messaġġ waqt li tkun wieqaf ħdejn il-​bieb

• BID-​DISKORS TIEGĦEK (Ef 4:29):

  • Waqt li tkun ħdejn il-​bieb, tgħid xejn li ma tixtieqx li jismagħha l-​inkwilin. Xi pubblikaturi saħansitra jippreferu ma jitkellmux bejniethom waqt li jkunu ħdejn il-​bieb ħalli jkunu jistgħu jaħsbu dwar dak li se jgħidu

B’liema modi oħra tistaʼ turi manjieri tajbin ħdejn il-​bibien?