Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Tistaʼ tipprovah għal sena?

Tistaʼ tipprovah għal sena?

Nipprova xiex? Ix-xogħol taʼ pijunier regolari! Kemm se tgawdi barkiet!—Pr 10:22.

JEKK TKUN PIJUNIER, INT TISTAʼ . . .

  • ittejjeb l-abbiltà tiegħek bħala evanġelizzatur u tieħu iktar pjaċir fil-ministeru

  • issaħħaħ ir-relazzjoni tiegħek maʼ Ġeħova. Iktar ma titkellem dwaru m’oħrajn, iktar se tiftakar fil-kwalitajiet tal-għaġeb li għandu

  • tesperjenza s-sodisfazzjon li jiġi meta tpoġġi s-Saltna qabel l-interessi tiegħek u l-ferħ li jiġi meta tagħti minnek innifsek għal oħrajn.—Mt 6:33; At 20:35

  • tattendi l-laqgħa tal-pijunieri li ssir matul iż-żjara tal-indokratur li jżur il-kongregazzjonijiet, il-laqgħa speċjali li ssir meta jkollna l-assemblea, u l-Iskola tas-Servizz taʼ Pijunier

  • issib iktar opportunitajiet biex tibda studji tal-Bibbja

  • tqattaʼ iktar ħin maʼ aħwa sħabek fil-ministeru, u b’hekk tinkuraġġixxu lil xulxin.—Rum 1:11, 12